Il-Lunetta

Waqt li Dun Antonio Urso (l-ewwel direttur tat-Teatru Salesjan) kien imur jippriedka fil-Knisja ta’ San Franģisk il-belt Valletta, huwa kien jammira ix-xogħol professjonali li kien qiegħed jagħmel hemm il-pittur famuż, il-Professur Giuseppe Calì. Waqt diskursata flimkien, Calì ħarbex sketch tal-Lunetta (din tissejjaħ hekk għax għandha sura ta’ qamar meta jkun fin-nofs tal-mixja tiegħu u ma jkunx sħiħ) li tidher prominenti fuq il-fetħa tal-palk, u għamel dawn is-suġġerimenti li wara saru realtà:

“Fin-nofs tal-lunetta nixtieq nara xbiha ta’ mara qiesha xi Sultana b’għajnejha lejn is-sema. Din trid turi l-FIDI, it-twemmin f’Alla, b’idejha miftuħa donna tixtieq tħaddan lil kulħadd, tistieden għal twemmin wiehed”.

“Fuq in-naħa tax-xellug tagħha nagħmlu mara oħra b’rasha l-isfel, b’miżien f’idha x-xellugija u warda tas-susan fil-leminija. Din trid tfisser l-ONESTÀ, li kollox tagħmel bil-qis. Hi tkun qegħda bħal tqim lis-Sultana, is-simbolu tal-fidi, għax minnha din l-onestà tieħu l-qawwa tagħha”.

“Imbagħad ħdejn din il-mara nagħmlu mara oħra b’tifel imqabbad magħha għall-kenn waqt li jkun qiegħed jaħrab beżgħan minn lifgħa li hija xbieha tal-ħażen li ħiereg minn ktieb, il-kitba ta’ xi xogħolijiet li jistgħu jitellgħu ġo teatru. Din il-mara trid tfisser il-MORALI, jigifieri l-għarfien tal-għażla tat-tajjeb mill-ħażin f’eghmil il-bniedem”.

“Nixtieq inpitter mara oħra, qallu Calì, din id-darba fuq il-lemin tas-Sultana, tħares il-bogħod qiesha mħassba b’idha fuq id-dinja u kull ma fiha. Din tfisser ix-xjenza, l-GĦERF li bih il-bniedem imdawwal mill-fidi, għax I-għaref li ma jagħrafx I-Alla li hu l-Bidu ta’ kollox, ma hu għaref xejn”.

Dun Urso faħħar lill-Professur Calì ta’ l-idejat tiegħu u bassarlu li kien ser jagħmel kapulavur, biċċa xoghol tal-arti kbira, denja ghat-teatru tagħna. “Min jaf kieku nagħmlu raġel xwejjaħ u tifel jitliegħeb ma Iħitu. Dawn it-tnejn iridu jagħtu dehra ta’ TJUBIJA, ta’ ħlewwa li ġejja miż-żewġ naħat. Tjubija li trid tintwera kemm mix-xiħ, li jaf jgħader u jgħallem liż-żgħir li minn naħa tiegħu jqim b’imħabba li tqarrbu għal kollox lejn il-kbir, l-imbarrab, ix-xiħ”.

Din il-pittura ġiet mikxufa nhar l-20 ta’ Novembru 1910 minn Dun Allegra li kien ħa post Dun Urso (Antonio Urso miet kwaza ta’ terremot f’Messina f’Diċembru 1908). Minbarra l-pittura hemm kapulavur tal-ġibs mad-dawra tal-arkata tal-palk li nħadem mill-iskultur Vincenzo Cardona.

Subscribe to receive the latest updates