In light of recent events concerning the COVID-19 pandemic, and the interest of our patrons, staff and performers, Teatru Salesjan will be postponing all public events until further notice.
New dates for the performances will be announced shortly. Should you have any queries, please contact our events administrator Francesca on francesca@tsmalta.com.
We hope to see you at our theatre very soon. Keep safe!
Il-’purtiera’ oriģinali tal-palk kienet ix-xena ta’ xini ssalpa l-barra minn port bit-tilu ‘Ad Fratres’ (L’Aħwa). Dun Antonio Urso (l-ewwel direttur tat-Teatru Salesjan) kien qal hekk dwar din ix-xena fl-inawgurazzjoni tat-teatru: “L-aħwa, ejjew insalpaw u nifirdu l-oċejani, fuq il-mewġ naslu għal kull lingwa, għal kull ħsieb, ghal kull emozzjoni. Ngħajjtu fuq l-ibħra, filwaqt li nistiednu lil dawk li huma l-bogħod. L-aħwa, ningħaqdu Ikoll flimkien u nsalpaw”. Huwa kien qed jgħamel referenza wkoll minn silta tal-ittra ta’ San Pawl Appostlu lill Filippin, fejn jgħid:
Mill-bqija, l-aħwa, f’dan għandkom taħsbu: f’kulma hu veru, f’kulma hu xieraq, f’kulma hu ġust, f’kulma hu safi, f’kulma jiġbed l-imħabba, f’kulma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kulma hu virtù, f’kulma ħaqqu t-tifħir; f’dan kollu aħsbu.
(Filippin 4:8)
Ħadd ma jaf x’sar minnha din ix-xena oriġinali iżda huwa mifhum li s-Salesjan Bro. Carmelo Galea kien jgħid li din kienet inħarqet fi ħruq li kien hemm fuq il-palk. Fl-1944 xi membri tal-palk ta’ dak iż-żmien, taħt it-tmexxija ta’ Joe Busuttil, kienu ħadmu purtiera l-ħamra li sa ftit ta’ żmien ilu kienet tintuza fit-Teatru Salesjan. Għal ħabta tas-sena 2000, saret kopja tax-xena ‘Ad Fratres’ u kienet titniżżel fil-bidu ta’ xi rappreżentazzjonijiet.
Fl-2020, hekk kif fit-Teatru Salesjan bdew xogħolijiet ta’ rikostruzzjoni, il-purtiera prinċipali (is-siparju) tneħħiet u tqegħdet fil-ħażna. Meta jerġa jinfetaħ it-teatru ser tintuża purtiera ġdida li taqbel aktar max-xejra ġdida li ser tingħata lis-sala.